Franza u Żvizzera jagħmluha wkoll mal-aħħar sittax

Dro ta’ mingħajr gowls bejn Franza u Ekwador, kien biżżejjed biex il-Franċiżi baqgħu l-ewwel fi Grupp E.
Prestazzjoni tajba minn naħa tal-gowlkiper Ekwadorjan Alexander Domínguez li fit-tieni taqsima kellu minn tal-inqas tmien jew disa’ salvataġġi.
L-Ekwador kellu jtemm hawn l-avventura tiegħu fit-Tazza tad-Dinja, bħala l-uniku tim Sud Amerikan li ma għaddiex għall-fażi li jmiss.
Minn naħa l-oħra l-Iżvizzera kkwalifikaw ukoll, wara li rebħu lil Honduras, b’tripletta ta’ Xherdan Shaqiri fis-6, fil-31 u fil-71 minuta.
Għalhekk issa l-Iżvizerra jilagħbu kontra l-Arġentina u Franza kontra n-Niġerja.