Franza u l-Ingilterra jagħmluha għall-kwarti tal-finali

Getty Images

Franza, it-tim li qed jospità t-Tazza tad-Dinja din is-sena rebaħ lill-Brażil bl-iskor ta’ 2-1. B’hekk it-tim Franċiż irnexxielu jagħmilha għall-kwarti tal-finali, f’logħba iddominata mill-VAR.

Valerie Gauvin, li aktar kmieni tħassrilha l-gowl li skurjat permezz tal-VAR, irnexxielha tpoġġi lit-tim fuq quddiem wara ġirja tajba ta’ Kadidiatou Diani. Il-Brażil irnexxielhom jiskurjaw ftit minuti minn tmiem il-logħba. Il-goal kien se jitħassar, iżda permess tal-VAR ġie deċiż li hu gowl validu. Fl-aħħar kienet Amandine Henry li minn freeckick twil ta’ Amel Majri, irnexxielha ssib ix-xibka.

L-Ingilterra wkoll irnexxielha tagħmilha għall-kwarti tal-finali hekk kif rebħet bl-iskor ta’ 3-0 kontra l-Kamerun.