Franza twaqqaf grupp ta’ immigranti milli jidħlu fil-pajjiż

Madwar mitt immigrant mill-Afrika kienu pprojbiti milli jaqsmu lejn Franza wara ppruvaw joħorġu mill-fruntiera ta' Ventimiglia fl-Italja.
Grupp ta’ Pulizija Franċiżi blukkaw lill-immigranti u żammewhom milli jaqsmu lejn Franza fuq ordnijiet mill-prefettura reġjonali fiż-żona tal-Alpi Franċiżi.
L-immigranti twaqqfu wara li ma kellhom l-ebda dokumentazzjoni uffiċċjali li turi l-identità tagħhom.
L-immigranti min-naħa tagħhom ipprotestaw u rrifjutaw milli jerġgħu lura lejn l-Italja. Franza ddefendiet l-aġir tagħha u saħqet li kienet qed timplimenta l-liġijiet tal-Unjoni Ewropea.
L-Italja permezz ta’ rappreżentanti tar-Red Cross għenet lill-immigranti bi provvista tal-ikel.
Ir-Red Cross Taljana qalet li numru ta’ immigranti ilhom mill-Ħamis jaqsmu l-Italja mill-parti t’isfel għal fuq bit-tama li jkunu jistgħu jidħlu Franza, l-Iżvizzera, l-Ġermanja u l-Ingilterra.
Huwa maħsub li l-awtoritajiet Taljani mistennija jtellgħu numru ta’ kampijiet għall-immigranti fuq il-fruntiera ma’ Franza.