Franza trid riżoluzzjoni kontra l-armi kimiċi Sirjani

Franza se tressaq riżoluzzjoni speċjali lill-Kunsill tas-Sigurta’ tal-Ġnus Magħquda biex l-armi kimiċi tas-Sirja jitpoġġew taħt il-kontroll internazzjonali sabiex jinqerdu.

Il-Ministru Franċiż tal-Affarijiet Barranin qal li din ir-riżoluzzjoni se ġġorr konsegwenzi serji jekk tinkiser mir-reġim tal-President Al-Assad.

Il-Ministru Franċiż qal dan fid-dawl tal-pjan Russu li l-armi kimiċi Sirjani jistgħu jitpoġġew taħt il-kontroll internazzjonali.

Ir-reġim Sirjan qiegħed jaqbel li l-Ġnus Magħquda tibgħat spetturi apposta biex iwettqu monitoraġġ tal-armi kimiċi.