Franza tonora lill-pulizija maqtula, isiru l-ewwel funerali

F’Pariġi saru l-funerali tat-tliet uffiċjali tal-Pulizija li nqatlu fil-massakru tal-ġimgħa l-oħra waqt li f’Ġerusalemm saru l-funerali tal-erba’ Lhud li nqatlu f’supermarket nhar il-Ġimgħa.
Il-fdalijiet tal-erba’ Lhud ittieħdu Ġerusalemm minn Pariġi dalgħodu biex hemm sarilhom funeral taħt sigurtà stretta.
Għall-funeral attenda anke l-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu.
Sadattant, f’Pariġi l-President Francois Hollande ta l-ogħla unur lit-tliet pulizija maqtula bejn l-Erbgħa u l-Ħamis għaliex “mietu biex jiddefendu l-libertà”.
It-twiebet tagħhom ġew mgħottija bil-bandiera Franċiża u nġarrew minn sħabhom Pulizija. 
B'kollox, fit-tlett ijiem, inqatlu 17-il persuna.