Franza toffri li tieħu wħud mill-persuni abbord l-Aquarius

Franza lesta tilqa’ wħud mill-immiganti li jinsabu fuq il-bastiment Aquarius. Dan sakemm “jilħqu l-kriterji tal-ażil” wara li l-awtoritajiet Spanjoli ser jeżaminaw każ każ is-sitwazzjoni tas-629 persuna abbord il-bastiment ġaladarba nhar il-Ħadd li ġej jirfsu l-art ta’ Valencia.

Dan ħabbru il-Ministeru Franċiż tal-Affarijiet Barranin fejn qal li din il-proposta, li saret mill-Ministru Jean-Yves Le Drian, intlaqgħet tajjeb minn Spanja.

Intant, wara t-tensjoni qawwija tal-jiem li għaddew bejn l-Italja u Franza propju dwar il-każ Aquarius, jidher li ż-żewġ pajjiżi reġgħu għamlu paċi u llum mistennija ssir il-laqgħa bejn il-Prim Ministru ġdid Taljan, Giuseppe Conte, u l-President Franċiż Emmanuel Macron.