Franza titlob sanzjonijiet fl-UE għal min jevadi t-taxxa

Il-Ministru tal-Finanzi Michel Sapin qal li Franza se tfittex għal sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea aktar ibsin għal dawk in-nies li jgħinu biex jiffaċilitaw l-evażjoni tat-taxxa u dawk li huma blacklist tal-G20.
Hekk kif Sapin se jindirizza l-laqgħat tal-Fond Monetarju Internazzjonali u l-G20 f’Washington qal li pajjiżi li huma blacklisted għandhom ikunu soġġetti għal "kontro-miżuri kkoordinati mill-istati differenti".
Madwar 96 ġurisdizzjonijiet impenjaw ruħhom li fis-sentejn li ġejjin, awtomatikament jiskambjaw informazzjoni dwar it-taxxa ma' gvernijiet oħra.
Filwaqt li ċentri offshore bħall-British Virgin Islands se jibdew mis-sena d-dieħla.
Il-ftehim kien ġie ffirmat is-sena l-oħra, madankollu minħabba l-każ tal-Panama, Sapin qal li ma jistgħux jilħqu l-istandards meħtieġa.
Panama hija l-unika finanzjarju ewlieni li ma impenjawx ruħhom għall-qsim awtomatiku ta' informazzjoni fiskali ma' gvernijiet oħra, skont ir-rapport tal-OECD.
Il-Ministru tal-Finanzi qal li l-Unjoni Ewropea għandha tagħti sehemha biex tiġġieled l-evazzjoni tat-taxxa billi tagħti sanzjonijiet lil dawn il-persuni li jgħinu u jinkoraġġixxu dan.