Franza: Tisparixxi waqt tieġ

L-awtoritajiet Franċiżi bħalissa għaddejjin bi tfittxija intensiva għal tifla ta’ disa’ snin li sparixxiet waqt li kienet tieġ fil-Lvant ta’ Franza.
It-tifla, Maelys De Araujo, dehret l-aħħar nhar il-Ħadd għall-ħabta tat-3pm f’kamra tat-tfal waqt it-tieġ.
It-tfittxija ġiet estiża għall-akwati ta’ madwar is-sala tat-tieġ permezz ta’ ħelikopter u Pulizija bil-klieb, imma s’issa t-tifla għadha ma nstabietx.
Il-Pulizija qalet li infetħet investigazzjoni ta’ ħtif u appellat biex jekk xi ħadd jilmaħ lit-tifla jikkuntattja l-awtoritajiet.
Maelys kienet qed tattendi għat-tieġ flimkien ma’ ommha, li hi l-kuġina tal-għarusa, missierha u oħtha.