Franza: Tirriżenja Ministru dwar pjan kontroversjali għal revoka taċ-ċittadinanza

Il-Ministru tal-Ġustizzja, fi Franza, irriżenjat ftit qabel ma’ l-Membri Parlamentari mistennija jiddiskutu pjan kontroversjali li jwassal biex persuni misjuba ħatja ta’ terroriżmu, titneħħielhom iċ-ċittadinanza Franċiża.
Christiane Taubira dejjem esprimiet ruħha kontra dan il-pjan u fuq Twitter kitbet li "kull tant wieħed jibqa’ fil-post billi jirreżisti, drabi oħra jirreżisti billi jitlaq".
Il-pjan dwar it-tneħħija taċ-ċittadinanza tressaq wara l-attakki ta’ Pariġi.
Post l-eks-Ministru Taubira ħadu Jean-Jacques Urvoas.