Franza tikkonferma b’ċertezza li l-militanti Abou Zeid hu mejjet

L-uffiċċju tal-President Franċiż Francois Hollande ikkonferma li Abdelhamid Abou Zeid hu mejjet. Abou Zeid kien uffiċjal għoli tal-grupp terroristiku Al-Qaeda. Fi stqarrija ntqal li huwa nqatel fil-Mali lejn l-aħħar ta’ Frar, kif kien tħabbar mill-President tax-Chad.

Franza tissokta li l-mewt tiegħu timmarka pass importanti fil-ġlieda kontra t-terroriżmu fir-reġjun ta’ Sahel.

Iktar kmieni, gazzetta Franċiża qalet li testijiet tad-DNA għenu biex jiġi identifikat Abou Zeid.

Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt.