Franza: Tifel ta’ 8 snin jittieħed l-għassa minħabba terroriżmu

Tifel ta’ 8 snin spiċċa interrograt mill-Pulizija Franċiża talli fil-klassi qal li jżomm mat-terroristi. 
Ahmed qiegħed fit-Tielet Sena tal-Primarja u jattendi skola f’Nice.
Skont l-avukat tat-tifel, l-għada li ġrat it-traġedja ta’ Charlie Hebdo, lil Ahmed qalulu biex jgħid "Je suis Charlie" (Jiena Charlie) iżda rrifjuta u wieġeb li jżomm mat-terroristi għax hu kontra li jsiru karikaturi tal-profesta Mohammed.
Is-surmast tal-iskola qed jakkuża lit-tifel li fl-iskola stess qal li “hemm bżonn li jinqatlu l-Franċiżi” u “li l-ġurnalisti stiednuha”. 
Skont is-surmast, Ahmed irrifjuta wkoll li jirrispetta l-minuta silenzji b’rispett għall-vittmi.