Franza tappella għall-unità fl-Iraq

Il-Ministru Franċiż għall-Affarijiet Barranin Laurent Fabius qal li l-Gvern tal-Iraq għandu bżonn unità biex jiġġieled kontra l-militanti Iżlamiċi. Qal li l-militanti ħadulhom partijiet kbar mit-territorju tagħhom u li huma issa ta’ theddida għall-gruppi ta’ minorità.
Il-Ministru Fabius bħalissa jinsab fl-Iraq għal taħdidiet dwar l-avvanz tal-ISIS. Hu qed iżur il-pajjiż wara li l-Amerka għamlet numru ta’ attakki mill-ajru fuq membri tal-ISIS li qed iżommu maqfula membri tal-Yazidi fuq il-Muntanja Sinjar.
L-Amerka, Franza u l-Ingilterra bdew jibagħtu l-għajnuna tagħhom lill-membri tal-Yazidi.