Franza tappella għall-għajnuna biex titfi nirien li ħakmuha

Franza qed titlob l-għajnuna tal-pajjiżi Ewropej biex jgħinuha tissielet kontra n-nirien li qabdu fin-Nofsinhar ta’ Franza.
Hija talbet l-għajnuna biex jingħaqdu mad-19-il ajruplan li qed jissieltu man-nirien.
Dan wara li aktar minn 500 tommna art nħakmu min-nar u l-pumpiera qed isibu diffikultà biex jitfu n-nirien anke minħabba li r-riħ qawwi qed ikompli jxerred in-nirien.
Qed jiġi rrapportat li n-nirien ħarqu mat-3,500 tomna fil-foresti u msaġar fin-Nofsinhar ta’ Franza u anki fil-gżira ta’ Corsica.