Franza tagħlaq il-postijiet pubbliċi mhux essenzjali

REUTERS/Charles Platiau

Il-PM Franċiż Edouard Philippe ordna biex il-postijiet pubbliċi li mhumiex essenzjali jagħlqu. Din l-ordni se tidħol fis-seħħ min-nofsilejl minħabba l-coronavirus.

Skont il-BBC, il-miżura tapplika għar-ristoranti, għaċ-ċinema, u l-klabbs Franċiżi.

Philippe ħeġġeġ lill-Franċiżi biex kemm jista’ jkun ma jivvjaġġawx minn belt għal oħra.

Fi Franza hemm 4,499 każijiet ta’ COVID-19. S’issa mietu 79 persuna.

Il-Gvern Spanjol mistenni jħabbar lockdown minħabba l-istat ta’ emerġenza kkawżat mill-coronavirus, skont rapporti fil-midja Spanjola.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn