Franza se toħloq 2,600 post tax-xogħol ġdid kontra t-terroriżmu

Il-Prim Ministru Franċiż, Manuel Valls qal li l-Gvern se joħloq 2,600 post tax-xogħol ġdid biex jiġġieled it-terroriżmu.
Sostna li 1,400 se jidħlu fis-seħħ fit-tliet snin li ġejjin fil-Ministeru għall-Intern.
Ħabbar ukoll li l-Gvern Franċiż se jalloka €425 miljun addizjonali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu.
Valls qal li parti sostanzjali minn din iż-żieda se tissarraf fi ġlieda bla preċedent biex jitwaqqfu l-Franċiżi li jkunu jridu jingħaqdu mal-jiħadisti Iżlamiċi.