Franza: Matador jinqatel minn barri

Matador inqatel minn barri wara li dan waqa’ fil-mantell tiegħu stess.
L-inċident seħħ fi Franza fejn l-Ispanjol Ivan Fandino ta’ 36 sena ttieħed l-isptar b’urġenza wara li waqa’ fil-mantell waqt li kien qed jikkompeti fil-festival tal-ġlied tal-barrin.
Fil-mument li Fandino kien fl-art il-barri avvanza u nifed lill-matador f’ġenbu bil-qrun.
Skont il-midja internazzjonali l-matador popolari miet eżatt kif wasal l-isptar.