Franza, l-Italja u r-Renju Unit b’eluf ta’ każijiet ġodda ta’ Covid-19

REUTERS/Ciro De Luca

Read in English.

L-imxija tal-coronavirus fil-pajjiżi l-kbar fl-Ewropa ssoktat fi tmiem il-ġimgħa b’eluf ta’ każijiet ġodda, bi Franza tqarreb il-5,000 każ f’sitwazzjoni li qed tkun deskritta bħala riskuża.

Komplew jiżdiedu n-numru ta’ każijiet ta’ coronavirus fl-Italja, b’1,210 pazjent ġdid il-Ħadd, meta mqabbla ma’ 1,071 is-Sibt. Fl-aħħar jum tal-ġimgħa mietu seba’ persuni oħra, filwaqt li fiequ 267. Skont il-Ministeru tas-Saħħa Taljan, il-pajjiż issa rreġistra 205,570 każ, li minnhom tilfu ħajjithom 35,437. B’kollox, in-numru ta’ każi attivi fil-preżent laħħaq it-18,438.

Numri simili fir-Renju Unit, b’1,041 każ ġdid il-Ħadd, għalkemm f’dan il-każ din iċ-ċifra tirrappreżenta tnaqqis meta mqabbla mal-1,288 reġistrati l-ġurnata ta’ qabel. 24 persuna tilfu ħajjithom fi tmiem il-ġimgħa.

Hekk kif is-sitwazzjoni fi Franza kompliet, fi kliem il-Ministru tas-Saħħa Olivier Veran issir aktar “riskjuża”, il-Ħadd biss kienu rrappurtati 4,897 każ ġdid. Veran spjega li l-parti l-kbira tal-infezzjonijiet kienu qed jintlaqtu minn persuni ta’ 20 u 40 sena waqt festini, għalkemm kienet osservata wkoll żieda fost l-anzjani. Madankollu l-Ministru eskluda lockdown totali ieħor fil-pajjiż.