Franza: Jinħatar politiku ġdid biex jieħu ħsieb ir-riforma fil-pensjonijiet

Il-politiku Laurent Pietraszewski ġie appuntat bħala l-politiku l-ġdid li se jieħu ħsieb jeżamina r-riformi fis-sistema tal-pensjonijiet ta’ Franza. Dan wara r-riżenja ta’ Jean-Paul Delevoye minn din il-kariga.

Il-pjanijiet tal-President Emmanuel Macron għal tibdil sħiħ fis-sistema tal-pensjonijiet ma niżlux tajjeb ma’ bosta trejd unjins, li wasslu għal għadd ta’ protesti u strajks madwar il-pajjiż.

Ilbieraħ, it-13-il jum ta’ strajks, in-networks tat-trasport Franċiżi kienu mwaħħlin u l-iskejjel kellhom jagħlqu. L-unjins qalu li mhumiex beħsiebhom jieqfu jistrajkjaw u jipprotestaw fi żmien il-Milied.