Franza: Il-Pulizija tarresta 5 persuni u tkisser netwerk jiħadista

Il-Pulizija fin-nofsinhar ta’ Franza arrestaw ħames persuni fil-ħidma tagħhom biex ikissru l-allegata netwerk jiħadista li qed tibgħat militanti Iżlamiċi fis-Sirja.  Tnejn mill-arrestati kienu rritornaw mis-Sirja.
L-arresti saru f’Lunel, raħal żgħir qrib il-kosta tal-Mediterran.
Il-Ministru tal-Intern Franċiż Bernard Cazeneuve qal li b’dawn l-arresti tkissret network perikoluża.
Cazeneuve qal li hemm għaddejjin 161 investigazzjoni li tinvolvi mal-550 persuna maħsuba li huma mdaħħla f’netwerks terroristiċi. Minn dawn 154 ġew arrestati, filwaqt li 90 ingħataw l-ewwel pieni.