Franza b’100,000 pulizija biex iwaqqfu l-parties illejla

franza

Read in English.

Fi Franza tħabbar li madwar 100,000 uffiċjal tal-pulizija llejla xogħolhom se jkun li jwaqqfu l-parties ta’ tmiem is-sena minħabba t-tifrix tal-coronavirus.

Peress li Franza għandha l-ogħla rata ta’ każijiet fil-Punent tal-Ewropa, u l-ħames l-ogħla rata ta’ każijiet fid-dinja, fil-pajjiż saru żewġ lockdowns nazzjonali. Fi Franza kien hemm 2.6 miljun każ tal-coronavirus, u aktar minn 64,000 mewta.

Il-miżuri trattbu f’nofs Diċembru, imma r-ristoranti u l-bars huma magħluqin, u mhuwiex ċar meta se jerġgħu jinfetħu, għalkemm oriġinarjament kien ingħad li se jerġgħu jiftħu fl-20 ta’ Jannar.