Franza b’liġijiet kontroversjali ġodda kontra t-terroriżmu

Membri Parlamentari Franċiżi vvotaw favur abozz ta’ liġi kontra t-terroriżmu, minkejja kritika li din tista’ timmina l-libertajiet ċivili.
Diversi miżuri li ġew introdotti waqt l-istat ta’ emerġenza tal-2015, issa se jiġu mplementati b’mod permanenti.
Il-liġi l-ġdida tippermetti lill-awtoritajiet Franċiżi jagħlqu l-moskej u postijiet ta’ talb oħrajn jekk ikun hemm suspett li dawk li jippridkaw fihom qed ixerrdu ideat radikali.
Nies li jħaddnu t-twemmin tal-Jihad issa jistgħu wkoll jiġu ristretti biex ma joħorġux miż-żona residenzjali tagħhom mingħajr permess.  
Apparti minn hekk, il-Pulizija issa tista’ twettaq aktar spot-checks fuq in-nies. Il-kontroll fuq il-fruntieri Franċiżi se jissaħħah ukoll.