Aġġornata: Macron mistenni jirbaħ l-elezzjoni għall-MPs

Illum il-Franċiżi marru jivvotaw għall-Membri Parlamentari ġodda. Dan wara xahar li Emmanuel Macron intgħażel bħala President ta' Franza.
L-ewwel indikazzjonijiet qed juru li l-partit La Republique en Marche ta' Macron, mistenni jirbaħ aktar minn 400 siġġu minn 577 fl-Assembla Nazzjonali. 
Din l-elezzjoni hija maqsuma fuq ħmistax u t-tieni parti tal-elezzjoni se ssir il-Ħadd li ġej.
Jekk jirbaħ il-partit ta’ Macron, ikun ifisser li l-poplu jkun tefa’ fil-ġenb għalkollox iż-żewġ partiti politiċi l-oħra. Dan hekk kif kemm ir-Repubblikani kif ukoll is-Soċjalisti tilfu l-elezzjoni Presidenzjali x-xahar l-ieħor.
Minkejja li t-turnout tal-lum kien baxx,il-partit ta' Macron jidher li kiseb 30% tal-voti.