Franza: 12-il miljun student lura fuq il-bankijiet tal-iskola

Hekk kif it-tfal Maltin għadhom igawdu l-aħħar jiem tal-vaganzi tas-sajf, aktar minn 12-il miljun student fi Franza llum reġgħu lura fuq il-bankijiet tal-iskola.

Din is-sena skolastika bdiet b’xi riformi fis-sistema edukattiva li ħolqot eluf ta’ pożizzjonijiet ġodda għall-għalliema u enfasi fuq l-iskejjel primarji.

Bidla oħra hija r-ritorn tas-sistema tradizzjonali ta’ erbat ijiem u nofs fil-ġimgħa ta’ skola għall-edukazzjoni primarja.

Dan bil-għan li t-tfal ikollhom ċans jipparteċipaw f’attivitajiet extra kurrikulari matul il-ġimgħa.

Se jiġi introdott ukoll kodiċi sekulari fl-iskejjel kollha tal-Gvern qabel l-aħħar ta’ Settembru, biex ifakkar lill-istudenti  fil-prinċipji sekulari u li ħadd m’għandu juża t-twemmin personali biex ma jmurx għal-lezzjoni.