Frankie x’se jurih lil Etienne x’jaf fuqu?

Fl-episodju tal-lum ta’ Ħbieb u Għedewwa, Frankie imur ikellem lil Etienne. X’se jurih li kien jaf dwaru? John Cassar iċempel lil Etienne għaliex xtaq jiltaqa’ miegħu u ma’ ħuh Frank. Xi jrid?

Adam imur id-dar ta’ Gloria, iżda meta Winnie tarah se tieħu gost jew le? X’se jgħidilha Adam u Winnie x’se turih li se tħallih iċċassat iħares lejh?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar fl-3.45ġm fuq l-istazzjon Melita More, Cable Channel 315. Is-sensiela għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.