Frankie x’se jgħid dwar Martha?

Fid-79 episodju mis-sitt u l-aħħar staġun ta’ Ħbieb u Għedewwa li jixxandar illum fl-3.45pm fuq Melita More, Cable Channel 315, se naraw lil min Valentina se ċċempel biex tara jekk kinux jafu fejn hu l-mobile tagħha.

Frankie jkellem lil Etienne dwar Martha. X’se jgħidlu? Winnie terġa’ tmur id-dar ta’ Benjamin biex tkellmu. X’ġara?

Ħbieb u Għedewwa għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba, bi produzzjoni ta’ Rewind.

Repetizzjoni ta’ din il-puntata tixxandar għada fl-10.15am.