Frank Psaila se joħroġ għal MEP

Il-ġurnalista u preżentatur tal-midja tal-Partit Nazzjonalista, Dr Frank Psaila se jkun qed joffri l-kandidatura tiegħu għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew fl-2019.
Fuq Facebook, Dr Psaila qal li lest li jagħmel ħiltu biex jgħin u jsaħħaħ il-vuċi tal-poplu Malti fil-Parlament Ewropew.
Stqarr li hu determinat li jibni l-ħafna tajjeb, li fi kliemu nkiseb mill-Membri Ewroparlamentari Nazzjonalista.
Appella lil dawk li jixtiequ jgħinuh biex jibagħtulu messaġġ privat.