Frank Portelli jiddispjaċih li kkontesta għal kap tal-PN

Il-Kandidat għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Frank Portelli, qal li jiddispjaċih li kkontesta għall-kariga u saħaq li jħossu responsabbli għall-weġgħat li qed issofri l-familja tiegħu.
Portelli qal dan fuq Facebook, fejn ftit wara tefa’ ritratt ta’ raġel bil-parachute nieżel ġo għadira bil-kukkudrilli jistennewh u qabbilhom mal-ġurnalisti Daphne Caruana Galizia, “lesti għall-kontestanti għall-kap tal-Partit Nazzjonalista.”
Dan kien wieħed mill-posts riċenti ta’ Portelli li fihom ikkundanna lil Caruana Galizia, li fi kliemu qed tkisser il-familji u ddeskriviha bħala “mażra ma għonq il-partit”.
Taħt il-post tiegħu kien hemm ħafna li kkummentawlu u talbuh biex iżomm sod.