Frank Lampard ma jeskludix li fil-futur jerġa’ jingħaqad ma’ Chelsea FC

Ġie kkonfermat li l-plejer Frank Lampard ħalla lit-tim ta’ Chelsea FC biex jingħaqad ma New York City FC fl-Istati Uniti.
Huwa kien ilu jilgħab ma’ Chelsea fl-Ingilterra mill-2001.
Qabel l-edizzjoni ta’ din is-sena tat-Tazza tad-Dinja fil-Brażil, Lampard kien diġà qal li jixtieq jilgħab fil-kampjonat tal-Istati Uniti li fi kliemu sar ta’ livell tajjeb ħafna.
Huwa ma eskludix li ‘l quddiem jerġa’ jkompli l-karriera tiegħu mat-tim ta’ Chelsea FC.