Frank Lampard diġà tefa’ għajnejh fuq xi plejers

lampard

Frank Lampard diġà tefa’ għajnejh fuq xi plejers. Jidher li hu preparat sew għat-trasferimenti ta’ Jannar. Għad-dispożizzjoni tiegħu għandu aktar minn €150 miljun.

Il-maniġer il-ġdid ta’ Chelsea Frank Lampard, flimkien mad-direttur Marina Granovskaia u s-sid Roman Abramovich se jkunu qed jiddiskutu liema plejers għandhom jippruvaw jixtru.

Ben Chilwell ta’ Leicester huwa wieħed miż-żewġ plejers li ġibdu l-attenzjoni ta’ Chelsea. Waqt intervista mal-midja Ingliża, Lampard stqarr li diġà għandu idea ta’ min jixtieq jingħaqad fit-tim tiegħu.

Lampard stqarr li kull tim kbir jixtri l-plejers. Żied jgħid li dan hu element min-natura kompetittiva tal-Premier League.