Filmat: Franġisku jsejjaħ tifel bl-amment għal dawra miegħu, u jiskopri affarijiet oħra…

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=yozpp_xw9Iw]

Tifel bid-Down Syndrome li għex wara trattament għall-kanċer qata’ waħda mix-xewqat kbar tiegħu wara li l-Papa Franġisku laqgħu fuq il-popemobile u ħadu dawra miegħu.
Il-familja minn Ohio kienu qegħdin iżuru Ruma u l-Vatikan, mal-gwida tagħhom, Mountain Butorac, li jaħdem ukoll għall-Catholic Traveler.
Fil-filmat li Butorac ġibed malajr, jidher Franġisku li xħin kien għaddej isellem lin-nies ordna biex titwaqqaf il-popemobile u sejjaħ lit-tifel, jismu Pete, sabiex jitla’ ħdejh, u wara anki biesu.
Jidher li Pete kien diġà esprima x-xewqa lill-organizzazzjoni Make-A-Wish sabiex jirċievi bews mingħand il-Papa u ġlieda bil-laser mal-karattru famuż ta’ Star Wars, Darth Vader.
Il-kumpanija kienet qaltlu li ma tistax taqtagħlu l-ewwel xewqa, imma t-tieni iva.
Madankollu l-ewwel xewqa nqatgħet minn ħadd ħlief Franġisku, li b’kumbinazzjoni waqgħu għajnejh fuqu u sieħlu ħdejh.
Taħt il-filmat li Butorac tefa’ fuq Youtube, kiteb li mhux kulħadd isseħħlu din l-esprejenza f’ħajtu, iżda lil Pete seħħitlu.