Franġisku jagħlaq 30!

Bħala Franġisku f'Division 7

L-attur Eliott Micallef illum qed jiċċelebra għeluq it-30 sena. L-attur li narawh bħala Franġisku fis-sensiela Division 7 twieled bħal-lum fl-1989.

Micallef rajnih f’diversi produzzjonijiet oħra, fosthom is-soap opera Tereża li attwalment qed terġa’ tixxandar fuq l-istazzjon Smash. Huwa kien kiteb ukoll ħafna mill-puntati tas-serje.

L-attur hu magħruf ukoll fil-qasam teatrali u dan l-aħħar snin rajnih ukoll fil-pantomimi.

Fatt kurjuż dwaru huwa li għal 11-il sena kien jilgħab il-futbol iżda wara li kien weġġa’ rkobtu kellu jieqaf u beda jitħarreġ fid-drama.

Awguri lil Eliott għal aktar snin ta’ suċċessi.

Intant ilbieraħ ixxandar l-aħħar episodju ta’ Division 7 fuq l-istazzjon One. Il-puntati ‘l-ġodda se jkomplu minn April li ġej.