Franco Mercieca se jmexxi bord għall-Isptar Ġenerali t’Għawdex

Id-Deputat Laburista Franco Mercieca se jkun qed imexxi bord strateġiku fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex biex iservi ta’ pont bejn it-tmexxija tal-isptar u s-Segretarjat.
Ir-responsabbilità prinċipali tal-bord se jkun li jipprovdi pjan għal kif it-tmexxija tal-Isptar għandha topera.
Is-Segretarju Parlamentari Chris Fearne attenda għall-ewwel laqgħa u fisser il-viżjoni tiegħu għall-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Chris Fearne saħaq li jixtieq li s-servizzi li joffri l-Isptar Ġenerali t’Għawdex ikun fuq l-istess livell bħal dak ta’ Malta.