Franċiżi jappellaw biex fid-9.20pm jinxtegħel ‘id-dawl tat-tama’

F’Pariġi, sensiela ta’ personalitajiet, fosthom artisti, imma wkoll il-pubbliku b’mod ġenerali qed jappellaw biex, ġimgħa wara l-attakki terroristiċi, “jinxtegħlu d-dawl u x-xemgħat, jimtlew il-kafeteriji, u n-nies toħroġ fit-toroq, fil-pjazez u fil-belt”.
Qed jappellaw biex, fid-9.20pm, eżatt sebat ijiem wara l-attakki, “tindaqq dik il-mużika li t-terroristi jobgħodu”.
Fost dawk li qed jagħmlu l-appell hemm l-eks-Ministru tal-Kultura Jack Lang, il-kantant ċelebri Charles Aznavour, u l-istitut tad-dinja Għarbija f’Pariġi.
L-iskop aħħar hu, saħqu, li għal darb’oħra, il-kultura terġa’ tixgħel id-dawl tat-tama u tal-fraternità.
Fil-kapitali Franċiża, il-ħajja qed tipprova tiġi lura għan-normal.
Reġa’ fetaħ it-teatru prinċipali tal-opra, li ra lill-pubbliku u lill-kantanti bil-wieqfa jkantaw il-Marseillaise