Franċiża ta’ 80 sena titlef ħajjitha f’San Pawl il-Baħar

Franċiża ta’ 80 sena mietet wara li waqgħet fl-inħawi tal-Bajja tal-Għazzelin f’San Pawl il-Baħar.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-15.50 ta’ wara nofsinhar.
Mill-investigazzjonijiet preliminari tal-Pulizija jirriżulta li l-mara kienet akkumpanjata min-neputi ta’ ħames snin u kienet mixja fl-inħawi meta għal xi raġuni żelqet f’baħar baxx.
Hija ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Ritratt: Media Police