​Franċiż akkużat bil-kuntrabandu tal-armi f’Gaża

Ċittadin Franċiż li jaħdem fil-konsulat Franċiż f’Ġerusalemm se jitressaq il-Qorti akkużat li kien qed jagħti l-armi lill-Palestinjani.
L-Aġenżija tas-Sigurtà Iżraeljana Shin Bet qalet li r-raġel ta’ 23 sena ġie arrestat fi Frar li għadda.
Il-Franċiż qed jiġi akkużat li ttrasferixxa 70 pistola u żewġ azzarini. Tmien persuni oħra ġew arrestati b’rabta mal-istess każ.
Skont l-aġenzija, r-raġel kien juża’ karozza tal-konsulat biex ma jinqabadx. Qalet li l-Franċiż kien jagħmel dan biex jaqla’ l-flus.
Skont l-aġenzija, l-akkużat kien jirċievi l-armi minn Palestinjan ieħor impjegat fiċ-Ċentru Kulturali Franċiż f’Gaża. Huwa imbagħad kien jgħaddihom lil terzi.