Francisco Sagasti elett President interim tal-Perù

Il-Kungress tal-Perù eleġġa President interim ġdid wara numru ta’ protesti fil-ġimgħat li għaddew. Dawn il-protesti seħħew minħabba rapporti ta’ brutalitajiet mill-Pulizija. Il-President Sagasti ġie elett b’97 vot favur u 26 vot kontra.

L-elezzjonijiet presidenzjali fil-Perù mistennija jsiru f’April tal-2021. Bil-ħatra ta’ Francisco mistennija li jikkalmaw il-protesti fil-pajjiż. Il-predeċessur ta’ Sagasti rriżenja wara li nqatlu żewġ persuni waqt li kienu jipprotestaw.

Ftit wara li laħaq President interim Francisco Sagasti saħaq li dan il-jum mhux jum ta ċelebrazzjoni u wiegħed li se jieħu azzjonijiet li hemm bżonn biex din is-sitwazzjoni ma terġax tiġri.