Francis Zammit Dimech se jippreżenta n-nomina, jindirizza konferenza tal-aħbarijiet

Francis Zammit Dimech ħabbar li llum se jippreżenta n-nomina tiegħu għall-kariga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Hu se jagħmel dan għall-ħabta ta’ nofsinhar fid-Dar Ċentrali, f'Tal-Pieta'. Wara, mistenni jindirizza konferenza tal-aħbarijiet fid-Dar Ċentrali stess.

Sadanittant, wara li Simon Busuttil ppreżenta n-nomina tiegħu aktar kmieni lbieraħ, illum se jindirizza konferenza tal-aħbarijiet minn ġewwa lukanda f’San Ġiljan.

In-nomini għall-kariga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista fetħu t-Tnejn l-1 t’April, u jgħalqu għada l-Ġimgħa 5 t’April.