Francis Spiteri lest biex jagħmel isem għal Malta

Aktar kmieni llum is-Segrtarju Parlamentari għall-Isport Chris Agius ltaqa' ma' Francis Spiteri li se jkun qed jirrapreżenta lil pajjiżna fil-World Drug Free Championship.
Dawn il-kampjonati se jsiru fil-Moldova bejn id-29 ta' Ottubru u 2 ta' Novembru.
Francis Spiteri, li ilu jipprattika l-isport tal-powerlifting għal dawn l-aħħar 4 snin, se jkun qiegħed jikkompeti fil-Masters 6 tal-fuq minn 65 sena.
L-għan ta' Spiteri hu li jikser it-tliet rekords li hu stess għamel fil-kompetizzjoni li saret f'pajjiżna.
Din ser tkun is-seba' darba li se jkun qiegħed jieħu sehem f'dawn il-kampjonati.