Francesca terġa’ tagħmilha

Ritratt: iCam

Francesca Rausi, it-tifla bid-Down Syndrome li rnexxielha tirbaħ bosta kompetizzjonijiet tal-modelling f’Malta qed terġa’ tissemma’ barra minn xtutna.

F’Novembru li għadda l-ġurnal Ingliż Metro kien ġab l-istorja tagħha.

Issa llum, fuq il-paġna uffiċċjali tal-Facebook tiegħu MetroUK, dawn ħabbru li t-tielet storja l-aktar popolari li kellhom din is-sena kienet proprju dik ta’ Francesca.

L-istorja kienet titratta kif Francesca kienet qed tikseb suċċess fil-kompetizzjonijiet tal-modelling meta f’dak il-perjodu kienet ħadet sehem f’kompetizzjoni miftuħa għal dawk bejn l-3 u l-24 sena u fiha hemm is-sehem at’ Madeline Stuart, l-ewwel mudella bid-Down Syndrome.

Il-Metro.co.uk kien għamel riferenza għat-tbissima ta’ Francesca, li biha kienet serqet il-qlub dakinhar tal-konkors.

Prosit tassew Francesca. Aħna lkoll kburin bik.