Francesca għal mal-Kumitat

Luke Dalli, Francesca Rausi, Amber Bondin u Ronald Briffa

Iċ-ċkejkna Francesca Rausi llejla se tkun il-mistiedna ta’ Luke Dalli, Amber Bondin u Ronald Briffa waqt il-programm Il-Kumitat li jixxandar fuq TVM għall-ħabta tas-7.40pm.

Francesca, li għandha d-Down Syndrome, qed tikseb bosta suċċessi f’diversi kompetizzjonijiet u bla dubju li llejla l-programm Il-Kumitat se jkun qed jieħu xejra differenti u nteressanti bis-sehem tagħha.