Fr Rob Galea jista’ jsir famuż f’Hollywood ukoll

Il-ktieb Breakthrough tas-saċerdot Malti Fr Rob Galea mistenni jiġi trasformat f’film f’Hollywood. Dan wara li produtturi tal-films xtraw id-drittijiet tiegħu.
Il-ktieb huwa bbażat fuq ħajjet is-saċerdot żagħżugħ, speċjalment fuq iż-żmien fejn kien qed jiġġieled kontra l-vizzji, ħsibijiet suwiċidali u dipressjoni, sakemm skopra lil Alla. Il-ktieb ikompli jirrakkonta ż-żmien tiegħu fis-seminarju u l-esperjenza tiegħu bħala qassis f’villaġġ ċkejken fl-Awstralja.
Fr Rob spjega kif kiteb dan il-ktieb sabiex juri lid-dinja li wieħed jista’ jsib il-fidi anka jekk għal xi żmien ikun tilifha.
Fr Rob sar saċerdot fl-2010 u ddeċieda li juża l-mużika biex iwassal il-kelma t’Alla liż-żgħażagħ tal-parroċċa tiegħu.
Ma’ ġurnal barrani, huwa kompla jgħid kif fl-aħħar mill-aħħar huwa jibqa’ qassis, u t-talenti tiegħu huma prodott tar-relazzjoni li għandu ma’ Alla.
Esperti fl-industrija tal-films semmew artisti kbar bħal Ryan Gosling, Roberto Beniagni u l-kantant tal-opra Andrea Bocelli li potenzjalment ikunu kollaboraturi fil-film.

https://platform.twitter.com/widgets.js