Fr Karm b’messaġġ kommoventi lil ommu

Read in English.

Ilbieraħ Fr Karm Debattista telaq għal sena ħidma ġewwa l-Pakistan fejn se jkun qed jaħdem f’parroċċa li hija ddedikata lill-Konverżjoni ta’ San Pawl.

Hu wassal l-aħħar mumenti tiegħu f’Malta permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook fejn tella’ ritratt ma’ ommu.

“Huwa dejjem diffiċċli li tgħid saħħa. Huwa aktar diffiċċli li tgħid saħħa lil ommok. Forsi nerġgħu niltaqgħu. Alla biss jaf. Tlabtha tberikni u hi qaltli “Kun imbierek u berikni!” kien jgħid dan il-messaġġ.

Il-ħidma ta’ Fr Karm fil-Pakistan se tikkonsisti li jmur f’diversi villaġġ li hemm fil-paroċċa u hemmhekk jaqdi d-dmirijiet tiegħu biex ikompli jmexxi ‘l kelma t’Alla.