Fr Hilary jagħlaq 86!

Kien bħal-lum it-28 ta’ Ottubru tal-1934 li twieled Fr Hilary Tagliaferro li bla dubju huwa assoċjat mal-Millennium Chapel ta’ Paceville. Il-Patri Agostinjan ta snin twal ta’ kontribut fil-qasam sportiv u saħansitra bejn l-1964 u l-1970 kien ukoll il-kowċ tal-Hibernians u kien ukoll jifforma parti mill-amministrazzjoni tat-tim nazzjonali tal-futbol.

Fr Hilary trabba f’Ħal Tarxien u dejjem kien attiv fis-soċjetà u kien ukoll parti mill-organizzazzjoni tal-Oratorju ta’ Ħal Tarxien. Ta’ 16-il sena ħass il-vokazzjoni biex isir patri.

Għal bosta snin huwa kien ukoll kummentatur sportiv fuq l-istazzjon televiziv Nazzjonali.

TODAY WE ARE CELEBRATING FR HILARY'S 86TH BIRTHDAY! While we wish him the very best and thank him for his continuous…

Posted by Millennium Chapel on Tuesday, October 27, 2020

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.