Fr Cyril Axelrod ma jitħalliex jitla’ fuq ajruplan tal-British Airways

Fr Cyril Axelrod, is-saċerdot għami u trux, ma tħallix jitla fuq titjira minn Cape Town għal Johannesburg. Il-kumpanija Comair, li tagħmel parti mill-kumpanija tal-ajru British Airways, qalet li Fr Axelrod ma tħallix jitla' għax ma kellu lil ħadd jakkumpanjah.

Fr Cyril kellu jasal Johannesburg biex jitkellem f’quddies għal persuni neqsin mis-smigħ. Minkejja li s-saċedot kellu miegħu ċertifikat li seta’ isiefer waħdu, il-bdot ta’ Comair u l-membri tal-ekwipaġġ ma urewx interess li jikkomunikaw miegħu.

Fi stqarrija, il-kumpanija tal-ajru qalet li Fr Cyril kellu jixtri biljett tal-ajru ieħor għall-interpretu.

Ftit tax-xhur ilu, Fr Cyril Axelrod kien żar Malta fejn sab ħin biex qaddes u indirizza laqgħa fejn irrakonta aktar dwar ħajtu. Fr Cyril kien ukoll ta intervista lil Newsbook f’April li għadda