​F’qagħda serja wara li jaqa’ minn fuq sellum fl-Armier

Raġel ta’ 63 sena mill-Gżira weġġa’ serjament wara li waqa’ m’għola sular minn fuq sellum fl-Armier, limiti tal-Mellieħa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.10pm fi Triq il-Gambli, waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fuq saqaf ta’ kamra.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei.
Dwar l-inċident infetħet inkjesta Maġisterjali.