​F’qagħda kritika wara li tibqa’ dieħla bil-karozza fuq bankina

Mara ta’ 43 sena minn San Pawl il-Baħar tinsab f’qagħda kritika wara li kmieni dalgħodu kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Pwales f’San Pawl il-Baħar stess.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3am fejn jidher li l-vettura misjuqa minn mara għal xi raġuni daħlet fil-bankina.
Il-mara ttieħdet Mater Dei fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li tinsab f’qagħda kritika.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti biex jgħinuha.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonjiet tagħha dwar dan il-każ.