Fouad Massoum huwa l-President il-ġdid tal-Iraq

Il-Membri Parlamentari tal-Iraq għażlu lil Fouad Massoum bħala l-President il-ġdid.
Massaoum li għandu 76 sena huwa wieħed mil-fundaturi ta’ wieħed mill-partiti politiċi ewlenin fl-Iraq. Dan huwa l-istess partit tal-President attwali Jalal Talabani.
Sa mill-2003 il-President tal-Iraq dejjem kien Kurd filwaqt li l-Prim Ministru huwa Shia.
Bħalissa fl-Iraq hemm instabbilità politika kbira u l-Parlament qed jaħdem biex jiġi ffurmat Gvern ta’ koalizzjoni.