Fotografu ta’ fama internazzjonali ppremjat f’Għawdex

Il-fotografu ta’ fama internazzjonali Daniel Cilia ingħata l-premju Gozo Tourism Special Recognition Award fit-tnax-il edizzjoni tal- Gozo Tourism Awards 2019 organizzat mill-Gozo Tourism Association. L-għan prinċipali ta’dawn l-Awards huma li jirrikonoxxu, jinkoraġġixxu u jirringrazzja l-ħaddiema li jiddistingwu ruħhom fil-qadi ta’ dmirijiethom fl-industrija turistiku vitali f’Għawdex. Għan ieħor huwa sabiex jinghata gharfien u ringrazzjament l-Imprendituri Ghawdxin li jkunu investew u taw hinhom ghall-izvilupp turistiku Ghawdxi.

Gozo Tourism Worker of the Year Award 2019 – Charlayne Galea

Gozo Young Tourism Worker of the Year Award 2019  –  Megan Cauchi

Gozo Tourism Entrepreneurship Award 2019 –  Francis Azzopardi tal-Calypso Trackless Trains

Gozo Cultural/Social Achievement Tourism Award  – lid- Dwejra Environmental Educational Centre.

Lifetime Achievement Award in Tourism  –  Joe u George Said

Tourism Commitment Award – Ivan Mifsud ta’ Mifsud Bros Ltd.

Dawn il-premjijiet ġew ippreżentati lir-rebbieħa rispettivi mill-Onor Julia Farrugia Portelli, Ministru tat-Turizmu, minn Dr. Gavin Gulia, Chairman tal-Awtorita’ Maltija ghat-Turizmu, u mis-Sur Paul Scicluna Chairman tal- Gozo Tourism Association. Matul is-serata saru diskorsi mill-Ministru tat-Turizmu Julia Farrugia Portelli, mic-Chairman tal MTA Dr. Gavin Gulia, mill-Kap Ezekuttiv tal-MTA Johann Buttigieg u mic-Chairman tal-Gozo Tourism Association.