Fotografu professjonali b’għotja lis-Seminarju Minuri tal-Qalb ta’ Ġesù

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ktieb, ġew ippreżentati kotba  għal-librerija l-ġdida fl-iskola tas-Seminarju Minuri tal-Qalb ta' Ġesù, ir-Rabat, Għawdex.
L-istudenti tat-tmien sena tal-istess skola kellhom taħdita bit-titlu “Il-Kotba, il-Fotografija u l-kultura tagħna”,  ma’ Daniel Cilia, fortogafu professjoanil Għawdxi.
Dawn il-kotba ngħataw mill-Mons. Lawrence Sciberras u s-Sur Anthony Grech.
Fl-aħħar Cilia ta l-mitt ktieb li ppubblika lill-librerija tal-iskola.