Fotografu “Malti” jirbaħ Premju Ewropew tal-Fotografija

Fotografu “Malti” rebaħ il-Premju Ewropew tal-Fotografija tal-Ħajja Selvaġġa tal-Annimali. Ir-rebbieħ huwa l-Iżvediż Johan Siggesson li ilu jgħix Malta għal dawn l-aħħar 16-il sena bir-ritratt tiegħu bit-titlu ‘Il-Bajda’.

Ir-ritratt juri għasfur fid-deżert u meta tkellem dwar dan, Siggesson qal li huwa jipprova jagħżel ritratti mhux tas-soltu li jaqsmu l-opinjoni tal-pubbliku.

Tkellem dwar iż-żjara tiegħu fl-Afrika t’Isfel fejn qal li dan l-għasfur iqatta’ l-parti l-kbira tal-ġurnata tiegħu ifittex fuq l-art, u allura dan kien suġġett tajjeb għall-fotografija.